Proġett ġdid ta’ €2.4 miljun fiċ-Ċentru għall-iScreening Nazzjonali

Il-Ministru tas-Saħħa, Godfrey Farrugia ħabbar it-tnedija tal-proġett IMaGenX, li permezz tiegħu se jiġu analizzati r-riskji kkawżati mill-ġenetika, mill-ambjent u mill-istili ta’ ħajja fil-marda tal-kanċer tas-sider, fl-istess waqt sostna li l-motto għandu jkun li nżommu lilna nfusna f’saħħitna u nieħdu l-miżuri biex ntejbu l-istat ta’ saħħitna.

n3

Kien spjegat mid-Direttur taċ-Ċentru Nazzjonali għall-iScreening, Nadine Delicata, li dan il-proġett se jiswa €2.4 miljun u se jsir bejn Malta u Sqallija bħala parti mill-programm tal-Unjoni Ewropea ta’ koperazzjoni transfrontaljera bejn Malta u l-Italja. Fil-fatt, dan il-proġett diġà beda mit-18 ta’ Marzu ta’ din is-sena.

Il-proġett se jitmexxa miċ-Ċentru Nazzjonali għall-iScreening fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa u se jinvolvi l-parteċipazzjoni ta’ ħames imsieħba oħrajn – tnejn mill-Università ta’ Malta u l-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija u tlieta minn Sqallija – mill-Polo Universitario della Provincia di Trapani, mill-Azienda Ospidaliera Universitaria di Palermo “Paolo Giaccone” u mill-Azienda Sanitaria Provinciale Siracusa.

Il-Ministru tas-Saħħa spjega li minn dan il-proġett irid joħroġ l-għarfien li l-prevenzjoni tgħin biex inżommu l-istat ta’ saħħitna aktar tajjeb, li l-prevenzjoni ssarraf f’inqas infiq ta’ flus fuq kura u trattament għax hi ferm irħas mill-kura nnifisha u li permezz ta’ dan il-proġett jiġu indirizzati ż-żgħażagħ hekk kif mistenni jitkellem bil-lingwaġġ tagħhom u se tintuża ħafna t-teknoloġija tal-informatika u applikazzjonijiet fuq il-mowbajls biex jgħinu lin-nies jagħrfu aktar xi stil ta’ ħajja qegħdin jgħixu. Barra minn hekk, se jipprovdulhom ukoll informazzjoni li minnha joħroġ il-profil tagħhom u kemm ikunu f’riskju li jimirdu b’din il-marda.

www.inewsmalta.com/dart/20130424-pro-ett-did-ta-miljun-fi-entru-all-iscreening-nazzjonali

Robots board games puzzles video games online learning electronics optics museums snowman writing paper printable & planetariums robots since czech writer karel apek first used term robot to describe self-directed automatons in his 1921 play r